192 m – Bondioli&Pavesi 399CEE011_F User Manual
Page 191
192
M
FT - FK - FRICTION DISC TORQUE LIMITERS
Iż-żliq tal-friction discs jillimita l-valur tat-torque trasmessa.
Il-massimi tat-torque u tagħbija żejda temporanja jiġu eliminati. Jista’ jintuża kemm
bħala torque limiter, kif ukoll bħala tagħmir klaċċ tat-tagħbija żejda, jew sabiex jgħin
l-istratjar ta’ magni b’tagħbijiet inerzjali għolja.
Il-klaċċ FT għandu faxxa tal-metall madwar iċ-ċirkonferenza tiegħu. Il-kompressjoni
tal-molla tkun kif suppost meta tkun tmiss mal-faxxa tal-metall. Din il-kondizzjoni
tista’ tintlaħaq billi tissikka l-viti sakemm il-molla tillokkja l-faxxa, u mbagħad tħoll
l-iskorfina b’1/4 ta’ dawra. Evita l-issikkar żejjed tal-viti, għax l-operat tat-tagħmir
jista’ jkun kompromess.
Il-clutch FK għandu viti b’ras ta’ skorfina. Il-kompressjoni tal-molla tkun korretta
meta l-iskorfini jkunu ssikkati b’mod sħiħ. Uża biss viti u skorfini speċjali B&P.
Jekk fuq il-flange yoke il-klaċċ ikollu erba’ head set screws flimkien
ma’ tmien hex head bolts, il-klaċċ ikun mgħammar b’sistema Spring Release.
Il-pressjoni tal-molla titnaqqas għal minimu meta dawn l-erba’ head set screws jkunu
ssikkati ġol-flange. Ara l-fuljett ta’ l-istruzzjonijiet li hemm mal-klaċċijiet mgħammrin
bis-sistema Spring Release. Is-sistema Spring Release tippermetti li wieħed jivverifika
l-kundizzjonijiet tad-diski tal-klaċċ tal-frizzjoni u biex tnaqqas kemm tista’ l-pressjoni
tal-molla fuq id-diski tal-klaċċ matul perjodu ta’ inattività.
Il-klaċċijiet tal-frizzjoni mgħammra bis-sistema Spring Release jiġu bi b’fuljett
dwar l-użu u l-manutenzjoni. Aqra l-fuljett biex tuża b’mod korrett is-sistema
Spring Release.
Il-klaċċijiet jistgħu jilħqu temperaturi għoljin. Tmissx!
Biex tevita riskji ta’ nar, żomm iż-żona madwar il-klaċċ ħielsa minn materjal li
jista’ jieħu n-nar, u evita li terħi l-klaċċ fit-tul
FNV -FFNV -FNT - FNK FRICTION DISC TORQUE LIMITERS B’ OVERRUNNING
CLUTCH Il-klaċċ li jgħaqqad il-karatteristiċi funzjonali tal-klaċċ tal-frizzjoni u
tal-klaċċ overrunning. Jintuża fuq magni b’tagħbija inerzjali għolja.
Illubrika kull 50 siegħa ta’ użu u wara kull perjodu ta’ inattività. Żomm ‘il bogħod
mill-magna sakemm il-komponenti kollha jkunu waqfu.
ŻARMAR TAL-PROTEZZJONI
Ħoll il-viti.
Neħħi l-lembut tal-bażi bit-tubu.
Neħħi l-faxxa ondulata u aqla’ l-bearing ring tas-sapport.
IMMUNTAR TAL-PROTEZZJONI
Agħti l-griż lill-groove taċ-ċirku tas-sapport fuq il-yokes interni.
Iffittja ċ-ċirku tas-sapport fil-yoke groove bil-greaser iħares lejn it-tubu
tad-driveline.
Daħħal l-faxxa ondulata u daħħal il-greaser ġot-toqba li suppost.
Installa il-lembut tal-bażi bit-tubu billi ddaħħal il-greaser fit-toqba li hemm
fuq lembut tal-bażi.
47
48
49
50
51
52
53
54
55
56
46