190 m – Bondioli&Pavesi 399CEE011_F User Manual
Page 189

190
M
Ibdel il-partijiet mikulin jew bil-ħsara b’partijiet oriġinali ta’ Bondioli &
Pavesi. Tibdilx jew timmodifika xi komponent tad-driveline; għal operazzjonijiet
mhux deskritti mil-fuljett ta’ l-użu u l-manutenzjoni, kellem lir-reseller ta’ Bondioli &
Pavesi.
Iċċekkja li t-tagħmir ikun qed jaħdem tajjeb u illubrika lil kull komponent qabel ma
tuża d-driveline. Naddaf u agħti l-griż lid-driveline meta tieqaf tuża t-tagħmir fl-
aħħar ta’ l-istaġun. Agħti ż-żejt lill-komponenti skond id-dijagramma. L-intervalli
tal-lubrikazzjoni huma mogħtija f’sigħat.
Applikazzjonijiet li jkunu partikularment severi f’ambjent aggressiv jistgħu jkunu
jeħtieġu lubrikazzjonijiet iktar ta’ spiss minn 50 siegħa. Il-kwantitajiet tal-griż indikati
fil-manwal huma rakkomandati għal interval ta’ 50 siegħa; madankollu il-komponenti
tad-driveline SFT jistgħu jkunu llubrikati okkażjonalment wara intervall itwal ta’ użu,
sa 100 siegħa. Meta d-driveline SFT tkun intużat għal iktar minn 50 siegħa mill-aħħar
għoti tal-griż, hu rakkomandat li terġa timla l-lubrikant billi tippompja kwantità akbar
minn dik rakkmandata għal 50 siegħa, f’relazzjoni man-numru ta’ sigħat ta’ l-użu,
sakemm tirdoppja l-ammont jekk il-perjodu jkun ta’ 100 siegħa.
Hu rakkomandat li qatt m’għandek taqbeż il-100 siegħa għall-constant velocity joints.
Kwantitajiet indikati fi grammi (g). 1 uqija (oz.) = 28.3 g (grammi).
Ippompja l-griż fis-slaleb sakemm jibda ħiereġ mill-berings. Ippompja l-griż b’mod
gradwali u mhux bis-saħħa. Hu rakkomandat griż NLGI 2, grad 2. Wara t-tmiem tal-
użu fl-aħħar ta’ l-istaġun, hu rakkomandat li tneħħi l-griż li jkun akkumula fl-intern
tal-protezzjoni tal-constant velocity joint.
TORQUE LIMITERS U OVERRUNNING CLUTCH
RA - RL OVERRUNNING CLUTCHES
Jeliminaw it-trasmissjoni ta’ tagħbijiet inerzjali tal-magna mat-trakter
matul it-tnaqqis fil-veloċità jew il-waqfien tal-PTO.
Illubrika kull 50 siegħa ta’ użu u wara kull perjodu ta’ inattività. L-OVERRUNNING
CLUTCHES RL ma jeħtiġux lubrikazzjoni u mhumiex mgħammra bi greaser. Żomm ‘il
bogħod mill-magna sakemm il-komponenti kollha jkunu waqfu.
SA - LC SHEAR BOLT TORQUE LIMITERS
Jinterrompu t-trasmissjoni ta’ l-enerġija meta t-torque taqbeż il-valur tal-
kalibrazzjoni. Ħoll immedjatament ix-xaft meta tisma ċ-ċekċik tar-rota bis-snien.
Illubrika kull 50 siegħa ta’ użu u wara kull perjodu ta’ inattività. L-LC limiters huma
mgħammra bi ċrieki li jissiġillaw u jistgħu jkunu llubrikati darba biss f’kull staġun.
LN - LT SYMMETRICAL TORQUE LIMITERS
Jinterrompu t-trasmissjoni ta’ l-enerġija meta t-torque taqbeż il-valur tal-
kalibrazzjoni. Ħoll immedjatament ix-xaft meta tisma ċ-ċekċik tar-rota bis-snien.
Illubrika kull 50 siegħa ta’ użu u wara kull perjodu ta’ inattività. L-LT limiters huma
mgħammra bi ċrieki li jissiġillaw u jistgħu jkunu llubrikati darba biss f’kull staġun.
37
38
39
40
36