beautypg.com

191 m – Bondioli&Pavesi 399CEE011_F User Manual

Page 190

background image

191

M

LB - SHEAR BOLT TORQUE LIMITER

Jaħdem billi jinterrompi t-trasmissjoni ta’ l-enerġija jekk it-torque trasmessa

taqbeż il-valur li jikkorrispondi għall-kalibrazzjoni tiegħu. Biex treġġa’ t-trasmissjoni

għan-normal, hu meħtieġ li tibdel is-sheared bolt b’wieħed li jkollu l-istess dijametru,

klassi u tul. Illubrika l-LB limiters mgħammra bi greaser ta’ l-inqas darba kull staġun, u

wara kull perjodu ta’ inattività.

LR- AUTOMATIC TORQUE LIMITERS

Jinterrompu t-trasmissjoni ta’ l-enerġija meta t-torque taqbeż il-valur tal-

kalibrazzjoni. Biex terġa’ tqabbad il-magna awtomatikament, naqqas il-veloċità jew

waqqaf il-PTO. It-tagħmir ikun lubrikat meta jkun immuntat, u m’għandux bżonn ta’

lubrikazzjoni perjodika.

GE - SHOCK ABSORBING CLUTCH

Jassorbi x-shock loads u l-vibrazzjonijiet, u jikkalma t-trasmissjoni ta’ tagħbija li

tinbidel jew pulsanti. M’hemmx bżonn ta’ manutenzjoni perjodika.

FRICTION DISC TORQUE LIMITERS

Waqt l-installazzjoni jew wara perjodu ta’ inattività, iċċekkja l-kundizzjoni tal-friction

discs.

• Jekk il-pjanċi tal-klaċċ ikunu esposti (ara Figura 44), il-klaċċ hu tat-tip FV, b’molla

Belleville u FFV bil-molol f’forma ta’ spiral. Kejjel u ħu nota tal-molla kif muri f’Figura

45. Jekk il-pjanċi tal-klaċċ jkunu mgħottija b’faxxa tal-metall (ara Figura 46) il-klaċċ

hu tat-FT.

Jekk id-diski tal-clutch ikunu esposti u l-viti jkollhom ras ta’ skorfina, il-clutch

ikun tat-tip FK.

Meta tieqaf tuża t-tagħmir fl-aħħar ta’ l-istaġun, neħħi l-pressjoni tal-molla u żomm it-

tagħmir f’post xott. Qabel ma terġa’ tużah, iċċekkja l-kundizzjoni tad-diski tal-frizzjoni

u erġa’ applika l-pressjoni tal-molol għall-valur oriġinali. Jekk il-klaċċ jisħon iżejjed

minħabba żlieq ta’ spiss jew fit-tul, ikkuntattja l-aġent tal-magna jew lir-reseller ta’

Bondioli & Pavesi.

FFV - FV FRICTION DISC TORQUE LIMITERS

Jekk id-diski tal-klaċċ jitħallew jiżolqu, dan ser jillimita l-ammont ta’ torque

transmess lill-magna. Il-massimi tat-torque u tagħbija żejda temporanja jiġu eliminati.

Jista’ jintuża kemm bħala torque limiter, kif ukoll bħala tagħmir klaċċ tat-tagħbija żejda,

jew sabiex jgħin l-istartjar ta’ magni b’tagħbijiet inerzjali għolja. Il-kalibrazzjoni tista’

tkun irregolata billi tieħu nota ta’ l-għoli ta’ l-operat tal-molla.

Il-kalibrazzjoni tal-friction disc torque limiters FV u FFV tvarja skond

l-għoli “h” tal-molol. Biex iżżid/tnaqqas il-kalibrazzjoni, issikka/ħoll it-tmien

skorfini bi 1/4 ta’ dawra, u iċċekkja li jkunu qed jaħdmu kif suppost. Irrepeti l-proċedura

jekk ikun hemm bżonn. Evita l-issikkar żejjed tal-viti, għax l-operat tat-tagħmir jista’

jkun kompromess.

44

41

42

43

45