beautypg.com

187 m – Bondioli&Pavesi 399CEE011_F User Manual

Page 186

background image

187

M

Tużax trakters, jew sistemi ta’ kollegament mal-magna li jinterferixxu mal-cardanic

shaft waqt il-movimenti tiegħu. Tużax adapters jew komponenti mhux ippjanati mill-

kostruttur tal-magna.

Il-partijiet kollha li jduru għandhom ikunu protetti.

Il-protezzjonijiet tat-trakter u tal-magna iridu jiffurmaw sistema integrata mal-

protezzjoni tar-rotating driveline.

Qabel ma tibda x-xogħol, iċċekkja li l-protezzjonijiet kollha tar-rotating

driveline, tat-trakter, u tal-magna li tħaddem, ikunu hemm u li qed jagħtu

protezzjoni effettiva. Il-partijiet li jkollhom xi ħsara jew li jkunu neqsin għandhom ikunu

sostitwiti b’partijiet oriġinali u installati kif suppost qabel ma jintuża d-driveline.

Itfi l-mutur, neħħi ċ-ċwievet mill-pannell tal-kontroll tat-trakter, u

iċċekkja li l-partijiet kollha li jkunu jduru jkunu waqfu qabel ma tersaq lejn il-

magna li tħaddem jew tagħmel xogħol ta’ manutenzjoni.

Tersaqx lejn iż-żona fejn ikun qed isir ix-xogħol, jew fejn komponenti li jkunu

qed iduru. Tilbisx ilbies b’ċinturini,

biċċiet imdendlin jew partijiet li jistgħu jinqabdu fit-tagħmir. Il-kuntatt mal-komponenti

li jduru jista’ joħolq inċidenti serji, li jistgħu wkoll jikkawżaw il-mewt.

Tużax ir-rotating driveline biex isserraħ miegħu jew biex titla’ fuqu.

It-tubi teleskopiċi għandhom jkunu mrikkbin fuq xulxin b’ta l-inqas 1/2 it-tul

tagħhom f’kundizzjonijiet normal tat-tħaddim, u għandhom jkunu mrikkbin fuq

xulxin b’ta l-inqas 1/3 tat-tul tagħhom f’kull kundizzjonijiet normali tat-tħaddim. Anki

meta d-driveline ma jkunx qiegħed idur, it-tubi teleskopiċi għandhom ikunu mrikkbin

fuq xulxin b’mod adegwat biex li jħallihom jiżżerżqu sewwa

Uża l-MAKKINARJU WIEQAF (pompi, lifters, ġeneraturi,

dryers, eċċ.) biss jekk ikunu igganċjati mat-trakter. Waqqaf it-trakter, jekk

ikun hemm bżonn, permezz ta’ biċċa njama kbira taħt ir-roti. It-trakter għandu jkun

igganċjat mal-magna u ppożizzjonat b’tali mod li l-angoli li jgħaqqdu jkunu żgħar u

bħal xulxin.

CARDAN JOINTS SEMPLIĊI

Aħdem b’angoli żgħar u bħal xulxin: α1 = α2. Għal perjodi qosra (tidwir), hu

rakkomandat li ma jinqabżux angoli ta’ 45°. Ħoll ix-xaft jekk l-angoli jkunu kbar wisq,

jew ma jkunux indaqs.

CONSTANT VELOCITY JOINTS

Hu rakkomandat li jintuża l-constant velocity joint li jkun normalment allinjat

jew b’angoli żgħar li jgħaqqdu. Għal perjodi qosra (tidwir), l-angoli jistgħu jkunu kbar,

iżda m’għandhomx jaqbżu 50°, 75° (daqs SH) jew 80°, skond it-tip tal-constant velocity

joint. Meta d-driveline tkun tinkludi tinkludi constant velocity fuq in-naħa tat-trakter,

constant velocity joint sempliċi fuq in-naħa tal-magna, hu rakkomandat li ma taqbiżx

angoli massimi, waqt it-tħaddim kontinwu tal-constant velocity joint sempliċi, ta’ 16°

f’540 min

–1

u 9° f’1000 min

–1

biex tevita moviment irregolari.

Ixgħel iż-żona tax-xogħol tad-driveline matul il-fażijiet ta’ l-installazzjoni u

waqt ix-xogħol bil-lejl, jew f’każ ta’ viżibilità ħażina.

Il-klaċċijiet jistgħu jilħqu temperaturi għoljin. Tmisshomx!

Biex tevita riskji ta’ nar, żomm iż-żona madwar il-klaċċ ħielsa minn materjal li

jista’ jieħu n-nar, u evita li terħi l-klaċċ fit-tul.

11

12

5

6

7

8

9

10

13

14
15