153 m – Bondioli&Pavesi 399CEBR13_C User Manual
Page 153
153
M
LUBRIKAZZJONI TAT-TUBI TELESKOPIĊI
Jekk ma jkunx provdut tgħammir tal-griż, issepara ż-żewġ nofsijiet ta’ l-apparat
għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju, u llubrika b’mod manwali t-tubi teleskopiċi.
Iċċekkja li l-partijiet kollha ikunu f’kondizzjoni tajba u llubbrikati tajjeb qabel ma’ tuża
l-apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju. Naddaf u llubbrika mill-ġdid l-
apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju qabel il-ħażna fl-aħħar tas-staġun.
Iċċekkja li t-tagħmir ikun qed jaħdem tajjeb u illubrika lil kull komponent qabel
ma tuża d-driveline. Naddaf u agħti l-griż lid-driveline meta tieqaf tuża t-tagħmir
fl-aħħar ta’ l-istaġun. Illubrika l-komponenti skond id-dijagramma. L-intervalli tal-
lubrikazzjoni huma mogħtija f’sigħat. L-intervall tal-lubrikazzjoni għall-komponenti
tat-trasmissjoni hu ta’ 50 siegħa. Ippompja l-griż fis-slaleb sakemm jibda ħiereġ mill-
berings. Ippompja l-griż b’mod gradwali u mhux bis-saħħa. Wara t-tmiem ta’ l-użu
fl-aħħar ta’ l-istaġun, hu rakkomandat li tneħħi l-griż li jkun akkumula fl-intern tal-
protezzjoni tal-constant velocity joint.
Biddel partijiet mikula jew bil-ħsara b’partijiet li jistgħu jinbidlu ma’ oħrajn ġenwini
tal-BP C.H.M. La tbiddilx jew la tbagħbasx ma’ kwalunkwe parti ta’ l-apparat
għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju. Għal kwalunkwe tħaddim mhux spjegat f’dan
il-manwal ta’ l-istruzzjoni, ikkonsulta in-negozjant ta’ l-implementazzjoni tiegħek jew
il-persuna li jimmanifattura, jew ir-rappreżentant lokali tiegħek tal-BP C.H.M.
ĦAĠA LI TILLIMITA L-MOMENTUM TA’ SISTEMA TA’ FORZI LI JIPPRODUĊU D-
DAWRAN U KLAĊĊ LI JDUR AKTAR MINN NORMAL
RA - IL-KLAĊĊ LI JKUN QIEGĦED IDUR B’VELOĊITÀ AKBAR MINN MAGNA.
Dan l-istrument jevita t-trasmissjoni ta’ tagħbijiet inerzjali mill-istrument mat-
trekter matul it-tnaqqis fil-veloċità jew il-waqfien tal-PTO.
Żomm il-bogħod mill-implement sakemm il-partijiet kollha jkunu waqfu jiċċaqalqu.
Illubbrika kull 50 siegħa ta’ użu u wara ħażna.
ĦAĠA LI TILLIMITA L-MOMENTUM TA’ SISTEMA TA’ FORZI LI JIPPRODUĊU D-
DAWRAN TAR- ROTA BIS-SNIEN SA
Dan l-istrument jintterompi t-trasmissjoni ta’ l-enerġija meta l-momentum ta’ sistema
ta’ forzi li jipproduċu d-dawran jaqbeż l-arranġament.
Ħoll immedjatament il-PTO meta tisma ċekċik tar-rota bis-snien.
Illubbrika kull 50 siegħa ta’ użu u wara ħażna.
ĦAĠA LI TILLIMITA L-MOMENTUM TA’ SISTEMA TA’ FORZI LI JIPPRODUĊU D-
DAWRAN TAL-VIT B’RAS U KAMIN GĦAL SKORFINA SABIEX JORBOT XI SAFFI
LI JIRKBU FUQ XULXIN LB
Dan l-istrument jinterompi t-trasmissjoni ta’ l-enerġija billi jaqta’ vit b’ras u kamin
għall-iskorfina meta l-momentum ta’ sistema ta’ forzi li jipproduċu d-dawran jaqbeż
l-arranġament.
Biddel il-vit b‘ras u kamin għall-iskorfina mkisser bl-istess dijametru, tul u grad ta‘
l-oriġinali.
Illubbrika il-ħwejjeġ li jillimitaw b’tagħmir tal-griż ta’ l-inqas darba kull staġun u wara
perjodu fejn ma kienux qed jintużaw.
33
34
35
36
37
32