151 m – Bondioli&Pavesi 399CEBR13_C User Manual
Page 151

151
M
CONSTANT VELOCITY JOINTS
Hu rakkomandat li jintuża l-constant velocity joint li jkun normalment allinjat jew
b’angoli żgħar li jgħaqqdu. Għal perjodi qosra (tidwir), l-angoli jistgħu jkunu kbar, iżda
m’għandhomx jaqbżu 80°.Meta d-driveline tkun tinkludi constant velocity fuq in-naħa
tat-trakter, u constant velocity joint sempliċi fuq in-naħa tal-magna, hu rakkomandat
li ma taqbiżx angoli massimi, waqt it-tħaddim kontinwu tal-constant velocity joint
sempliċi, ta’ 16° f’540 min
–1
u 9° f’1000 min
–1
biex tevita moviment irregolari.
Meta jintuża bil-lejl jew f’viżibilità ħażina, dawwal l-post ta’ operazzjoni ta’ l-
apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju.
Il-klaċċijiet tal-frizzjoni jistgħu jisħnu matul l-użu. La tmissx! Żomm iż-żona
madwar il-klaċċ tal-frizzjoni mingħajr materjal li jista’ joħloq n-nar, u evita li
terħi l-klaċċ fit-tul.
INSTALLAZZJONI
Dejjem ilbes apparat ta’ sigurtà adattat meta tkun qiegħed tagħmel kwalunkwe
xogħol ta’ manutenzjoni jew ta’ tiswija.
It-trakter muri fuq it-tikketti fuq it-tubi tal-protezzjoni jindika n-naħa
tat-trakter tad-driveline. Torque limiters jew l-overrunning clutch
għandhom dejjem ikunu mmuntati fuq in-naħa tal-magna li tħaddem.
Qabel ma tibda x-xogħol, kun żgur illi l-apparat għat-trasmissjoni tal-forza
f’makkinarju ikun imqabbad sewwa mat-trekter u l-istrument.
Ara li l-viti tat-tagħmir huma ssikkati.
Qabbad l-apparat ta’ trażżin ta’ l-apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju
(katini). L-aħjar riżultati jintlaħqu meta katini huma mqabbda kważi perpendikulari
ma’ l-apparat ta’ trażżin ta’ l-apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju. Irranġa
t-tul tal-katini ikun hemm biżżejjed laxk sabiex dawn jippermettu moviment sħiħ ta’
l-apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju waqt dawriet, operazzjoni. Evita li
jkunu maħlulin iżżejjed, li jikkawża li l-katini jduru madwar l-apparat għat-trasmissjoni
tal-forza f’makkinarju.
Jekk it-tul tal-katina ma jkunx modifikat tajjeb u l-pressjoni tkun eċċessiva, per
eżempju matul il-manuvri ta’ l-implementazzjoni, il-ganċ “S” jinqala mill-ħolqa li
ssakkar u l-katina tinqala mill-pjanċa li tipproteġi lill-magna.
F’dan il-każ,għandha tinbidel il-katina.
Il-ganċ „S“ tal-katina l-ġdida għandu jiddaħħal fit-toqba żgħira tal-kon tal-bażi u
għandu jingħalaq sabiex ikun evitat li jinħall, u jżomm il-forma tonda tiegħu.
La tużax il-katini tas-sigurtà sabiex iġġorr jew isserraħ l-apparat għat-
trasmissjoni tal-forza f’makkinarju meta tkun lest minnha. Uża appoġġ adattat
fuq l-istrument.
Naddaf u agħti l-griż lit-trekter PTO u l-magna u x-xaft ta’ implementazzjoni
qabel ma tinstalla l-apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju.
Meta tittrasporta, żomm l-apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju
oriżżontali sabiex tevita li n-nofsijiet jiżżerżqu l-bogħod minn xulxin, li jista’
joħloq inċidenti jew ħsara lill-pjanċi li jipproteġu lill-magna. Uża mezz tat-trasport li
huwa adattat għall-ġarr ta’ l-apparat tqil għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju.
13
16
17
14
15
18
19
20
21
22
23