Malti, Traduzzjoni tal-istruzzjonijiet oriġinali, 149 m – Bondioli&Pavesi 399CEBR13_C User Manual
Page 149

149
M
TIKKETTI TAS-SIGURTA’
TIKKETTA TAL-PJANĊA TAT-TUBU Kodiċi 399141000
TIKKETTA TAL-PJANĊA TAT-TUBU kodiċi 399JAP001
L-operatur għandu jobdi t-tikketti kollha u għandu jieħu protezzjoni effettiva.
Persentaġġ għoli ta’ inċidenti li huma kawżati minn apparat għat-trasmissjoni tal-forza
f’makkinarju PTO jseħħu meta l-pjanċi tat-tubu huma neqsin jew mhumiex jaħdmu
sewwa.
Għal skopijiet ta’ esportazzjoni, tista’ tkun flimkien ma’ tikketta 399CEBR01, iżda mhix
meħtieġa għal skopijiet ta’ approvazzjoni
.
TIKKETTA TAL-PJANĊA Kodiċi 399CEBR01 - apparat għat-trasmissjoni tal-
forza f’makkinarju li jdur – kuntatt jista’ jikkaġuna l-mewt. Toqgħodx viċin. La
tilbisx ħwejjeġ maħlula, ornamenti jew xagħar li jistgħu jiġu mħabbla fl-apparat għat-
trasmissjoni tal-forza f’makkinarju.
Tħaddmux mingħajr ma jkunu f’posthom il-pjanċi ta’ l-apparat għat-trasmissjoni tal-
forza f’makkinarju, tat-trakter u ta’ l-implementazzjoni. Il-partijiet li jkollhom xi ħsara
jew li jkunu neqsin għandhom jinbidlu u nstallati b’mod korrett qabel ma tuża l-apparat
għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju.
Skonnetta l-klaċċ tal-PTO, itfi l-magna tat-trakter, u neħħi l-ċavetta qabel ma tersaq
lejn l-istrument. Żomm in-nies li jkunu viċin il-bogħod mill-istrument meta jkun
qiegħed jitħaddem.
Aqra dan il-manwal, u l-manwal ta’ l-operatur għall-istrument, qabel ma tibda tuża’ l-magna.
IS-SIGURTA’ TIEGĦEK TIDDEPENDI FUQ DIN L-INFORMAZZJONI.
IT-TIKKETTA TAT-TUBU TA’ L-APPARAT GĦAT-TRASMISSJONI TAL-
FORZA F’MAKKINARJU COD. 399143000 PERIKLU! Żomm il-bogħod mill-
limitu tat-tħaddim, u żomm il-bogħod mill-partijiet li jduru. La tilbisx ħwejjeġ
maħlula, ornamenti jew xagħar li jistgħu jiġu mħabbla fl-apparat għat-trasmissjoni
tal-forza f’makkinarju.. Il-kuntatt mal-partijiet li jduru jista’ joħloq feriti serji jew
mewt.
JEKK MA JKUNX HEMM IL-PJANĊI LI JIPPROTEĠU LILL-MAGNA, TUŻAHX.
Tħaddmux mingħajr ma jkunu f’posthom il-pjanċi tal-apparat għat-trasmissjoni
tal-forza f’makkinarju, tat-trakter u ta’ l-implementazzjoni.
Il-partijiet li jkollhom xi ħsara jew li jkunu neqsin għandhom jissewwew jew jinbidlu
qabel ma jintuża l-apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju.
KONDIZZJONIJIET TAS-SIGURTÀ U TAX-XOGĦOL
Meta tuża l-istrument u l-apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju, la
taqbiżx il-limiti tal-veloċità jew tas-saħħa mniżżla fil-manwal ta’ l-operatur.
La tgħabbix iżżejjed l-istrument jew tħaddem il-klacc PTO f’daqqa waħda. Il-ħwejjeġ
li jillimitaw l-momentum ta’ sistema ta’ forzi li jipproduċu d-dawran jew klaccijiet
għandhom ikunu mmuntati fuq it-tarf ta’ l-istrument. Uża l-istrument biss bl-apparat
għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju oriġinali, li hija addattata għall-użu fis-sens
ta’ tul, daqs, strumenti u pjanċi.
L-apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju u l-ħwejjeġ li jillimitaw il-momentum
tas-sistema jew klaċċijiet li huma disinnjati b’mod speċifiku għall-istrument, u
għandhom jintużaw b’mod esklussiv għall-dan il-għan.
Iċċekkja fil-manwal ta’ l-istruzzjonijiet ta’ l-istrument jekk l-apparat għat-trasmissjoni
tal-forza f’makkinarju għandux bżonn il-ħaġa li tillimita l-momentum ta’ sistema ta’
forzi li jipproduċu d-dawran jew il-klaċċijiet li jkunu qegħdin iduru b’veloċità akbar
minn magna. Apparati għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju normali, il-ħwejjeġ li
jillimitaw l-momentum ta’ sistema ta’ forzi li jipproduċu d-dawran normali u l-klaccijiet
li jkunu qegħdin iduru b’velocita akbar minn magna normali huma ppjanati għall-
veloċità sa’ mhux aktar minn 1000 min
-1
.
Ara illi l-apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju jista’ jagħmel il-manuvri
mistennija mingħajr ma jinterferixxi mat-trakter jew il-magna. Kuntatt mal-partijiet
tat-trakter, ganċijiet, labar tad-drive jew rabtiet tat-3 punti jagħmlu ħsara lill-pjanċa
apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju.
1
2
3
4
MALTI
TRADUZZJONI
TAL-ISTRUZZJONIJIET ORIĠINALI