Bondioli&Pavesi 399CECN02_G User Manual
Page 116
![background image](/manuals/408681/116/background.png)
116
M
L-issettjar tal-momentum ta’ sistema ta’ forzi FFL u FFF li jipproduċu d-dawran
huwa aġġustat billi żżid jew tnaqqas
l-għoli “h” tal-molol. Sabiex iżżid / tnaqqas l-arranġament tal-momentum ta’ sistema
ta’ forzi li jipproduċu d-dawran, issikka / ħoll kull waħda mit-tmien skorfini bi 1/4 ta’
dawra u kkontrolla għat-tħaddim korrett. Irrepeti l-proċedura jekk ikun hemm bżonn.
Evita issikkar żejjed tal-viti – tista’ ssir ħsara lill-istrument, it-trekter jew l-apparat
għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju.
ŻARMAR TAL-PROTEZZJONI
Neħħi l-viti.
Neħħi l-kon tal-bażi u t-tubu tal-protezzjoni
Neħħi l-kon u ċ-ċirku tal-bering.
IMMUNTAR TAL-PROTEZZJONI
Iggriżja l-gruv tal-bering fuq il-yoke.
Iffittja l-bering ġol-gruv fuq il-yoke.
Daħħal il-kon u oqgħod attent li tagħmel f’allinjament it-toqob tat-twaħħil.
Iffittja l-kon tal-bażi u t-tubu, billi tagħmel f’allinjament il-fitting tal-griż tal-
bering mas-sedil tal-kon tal-bażi.
Issikka l-viti.
L-użu ta’ tornavit li jaħdem bid-dawl mhuwiex irrakkomandat.
KIF TQASSAR LIL-VIRGA TWILA U DEJQA F’MAGNA LI DDUR IL-ĦIN KOLLU BIEX
TITRASFERIXXI L-POTENZA F’MAGNA
Bondioli & Pavesi jirrakmandaw li ma tibdilx il-prodotti tagħhom u, f’kwalunkwe
każ, jirrakmandaw illi inti tikkonsulta lin-negozjant tal-istrument tiegħek jew ċentru
kkwalifikat għas-servizz qabel ma tkompli iżjed. Jekk l-apparat għat-trasmissjoni tal-
forza f’makkinarju ikun twil wisq, mexxi kif hawn spjegat hawn taħt.
Neħħi lill-pjanċi li jipproteġu lill-magna.
Qassar it-tubi tat-trasmissjoni għad-daqs li hemm bżonn.
Tubi li jespandu b’mod teleskopiku għandhom dejjem jisporgu għallinqas nofs
it-tul tagħħhom f’ħidma normali u għallinqas terz tat-tul tagħhom fil-kondizzjonijiet
kollha ta’ ħidma.
Matul il-manuvri, meta l-apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju ma jkunx
qiegħed idur, it-tubi teleskopiċi għandhom ikunu fuq xulxin b’ammont suffiċjenti
sabiex iżommu t-tubi f’posthom u jippermettulhom li jiżżerżqu b’mod liberu.
Neħħi b’attenzjoni t-trapan ċkejken mit-tarf tat-tubi li jmexxi b’lima u naddaf
il-fdalijiet li joħorġu mill-proċess ta’ l-illimar mit-tubi.
Qassar it-tubi tal-pjanċi li jipproteġu lill-magna wieħed wieħed billi taqta’ l-istess
tul li nqata’ mit-tubi tat-trassmissjoni.
Agħti l-griż lit-tubi tat-trasmissjoni ta’ ġewwa u arma mill-ġdid il-pjanċa ta’
protezzjoni fuq ix-xaft biex idawwar il-mekkaniżmu kollu.
Iċċekkja t-tul ta’ xaft biex idawwar il-mekkaniżmu kollu fil-posizzjonijiet minimi
u massimi fuq l-istrument.
32
33
34
35
36
38
39
40
44
42
43
41
31
37