114 m – Bondioli&Pavesi 399CECN02_G User Manual
Page 114

114
M
INSTALLAZZJONI
Dejjem ilbes apparat ta’ sigurtà adattat meta tkun qiegħed tagħmel kwalunkwe
xogħol ta’ manutenzjoni jew ta’ tiswija.
Is-simbolu tat-trekter stampat fuq il-pjanċa li tipproteġi lill-magna juri t-tarf tat-
trekter ta’ l-apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju. Kwalunkwe ħwejjeġ
li jillimitaw l-momentum ta’ sistema ta’ forzi li jipproduċu d-dawran jew klaccijiet li
jkunu jduru b’veloċità akbar minn magna normali għandhom dejjem jiġu nstallati fuq
it-tarf ta’ l-istrument.
Qabel ma tibda x-xogħol, kun żgur illi l-apparat għat-trasmissjoni tal-forza
f’makkinarju ikun imqabbad sewwa mat-trekter u l-istrument.
Ara li l-viti tat-tagħmir huma ssikkati.
Qabbad l-apparat ta’ trażżin ta’ l-apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju
(katini). L-aħjar riżultati jintlaħqu meta katini huma mqabbda kważi perpendikulari
ma’ l-apparat ta’ trażżin ta’ l-apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju. Irranġa
t-tul tal-katini ikun hemm biżżejjed laxk sabiex dawn jippermettu moviment sħiħ ta’
l-apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju waqt dawriet, operazzjoni. Evita li
jkunu maħlulin iżżejjed, li jikkawża li l-katini jduru madwar l-apparat għat-trasmissjoni
tal-forza f’makkinarju.
La tużax il-katini tas-sigurtà sabiex iġġorr jew isserraħ l-apparat għat-trasmissjoni
tal-forza f’makkinarju meta tkun lest minnha. Uża appoġġ adattat fuq l-istrument.
Naddaf u agħti l-griż lit-trekter PTO u l-magna u x-xaft ta’ implementazzjoni
qabel ma tinstalla l-apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju.
Meta tittrasporta, żomm l-apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju
oriżżontali sabiex tevita li n-nofsijiet jiżżerżqu l-bogħod minn xulxin, li jista’
joħloq inċidenti jew ħsara lill-pjanċi li jipproteġu lill-magna. Uża mezz tat-trasport li
huwa adattat għall-ġarr ta’ l-apparat tqil għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju.
Iċċekkja li l-partijiet kollha ikunu f’kondizzjoni tajba u llubbrikati tajjeb qabel
ma’ tuża l-apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju. Naddaf u llubbrika
mill-ġdid l-apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju qabel il-ħażna fl-aħħar
tas-staġun. Għamel il-lubrikazzjoni tal-partijiet skond id-dijagramma, intervalli ta’
lubrikazzjoni huma espressi fis-siegħat. Agħti l-lubrikazzjoni lil-ġog 650 tat-tip 70°
CV kull 8 sigħat. L-intervall tal-lubrikazzjoni tal-partijiet l-oħra ta’ l-apparat għat-
trasmissjoni tal-forza f’makkinarju huwa ta’ 50 siegħa. Ippompja l-griż fl-islaleb
sakemm joħroġ mit-tappijiet ta’ l-apparat li jnaqqas il-frizzjoni f’magna. Injettja l-griż
b’mod gradwali u evita illi tippompa b’mod vjolenti l-apparat li jinjettja l-griż li jirrizulta
fi pressa għolja ta’ kunsinja.
Uża Griż ta’ grad NLGI 2.
ĦOLQA FI FORMA TA’ BALLUN
Ġib f’linja dritta l-oġġett li jitqiegħed fuq żewġ partijiet faċċata ta’ xulxin u jkollu
l-funzjoni li jiġbed fuq il-PTO. Żerżaq il-ħolqa tal-metall li tgħaqqad flimkien żewġ
pajpijiet f’posizzjoni miftuħa. Żerżaq l-oġġett li jitqiegħed fuq żewġ partijiet faċċata ta’
xulxin u jkollu l-funzjoni li tiġbed kollu kemm huwa fuq il-virga marbuta twila u dejqa
f’magna li ddur il-ħin kollu biex tittrasferixxi l-potenza jew il-moviment fil-magna.
Erħi l-ħolqa tal-metall li tgħaqqad flimkien żewġ pajpijiet u iġbed l-oġġett li jitqiegħed
fuq żewġ partijiet faċċata ta’ xulxin u jkollu l-funzjoni li jiġbed lura sakemm il-blalen
jaqbdu fl-iskanalatura tal-PTO u l-ħolqa tal-metall li tgħaqqad flimkien żewġ pajpijiet
terġa lura għall-posizzjoni oriġinali tagħha. Kun żgur li l-ħolqa tal-metall li tgħaqqad
flimkien żewġ pajpijiet terġa lura għall-posizzjoni tal-bidu (magħluqa) tagħha u l-
oġġett li jitqiegħed fuq żewġ partijiet faċċata ta’ xulxin u jkollu l-funzjoni li jiġbed huwa
mqabbad tajjeb max-xaft.
Uża biss viti b’ras u kamin għal skorfina sabiex jorbot xi oġġetti flimkien tad-daqs
u klass murija fil-manwal ta’ l-implementazzjoni. Agħżel it-tul tal-viti b’ras u kamin
għall-iskorfina sabiex jorbot xi oġġetti flimkien b’tali mod li tnaqqas il-qbiż ‘il-barra.
15
16
17
18
19
20
21
23
24
22