Malti, Traduzzjoni tal-istruzzjonijiet oriġinali, 112 m – Bondioli&Pavesi 399CECN02_G User Manual
Page 112
112
M
TIKKETTI TAS-SIGURTA’
TIKKETTA TAL-PJANĊA TAT-TUBU Kodiċi 399141000
TIKKETTA TAL-PJANĊA TAT-TUBU kodiċi 399JAP001
L-operatur għandu jobdi t-tikketti kollha u għandu jieħu protezzjoni effettiva. Persentaġġ
għoli ta’ inċidenti li huma kawżati minn apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju
PTO jseħħu meta l-pjanċi tat-tubu huma neqsin jew mhumiex jaħdmu sewwa.
IT-TIKKETTA TAT-TUBU TA’ L-APPARAT GĦAT-TRASMISSJONI TAL-
FORZA F’MAKKINARJU COD. 399143000
PERIKLU! Żomm il-bogħod mill-limitu tat-tħaddim, u żomm il-bogħod mill-partijiet
li jduru. La tilbisx ħwejjeġ maħlula, ornamenti jew xagħar li jistgħu jiġu mħabbla
fl-apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju. Il-kuntatt mal-partijiet li jduru
jista’ joħloq feriti serji jew mewt.
JEKK MA JKUNX HEMM IL-PJANĊI LI JIPPROTEĠU LILL-MAGNA, TUŻAHX.
Tħaddmux mingħajr ma jkunu f’posthom il-pjanċi tal-apparat għat-trasmissjoni
tal-forza f’makkinarju, tat-trakter u ta’ l-implementazzjoni . Il-partijiet li jkollhom
xi ħsara jew li jkunu neqsin għandhom jissewwew jew jinbidlu qabel ma jintuża l-
apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju.
TIKKETTA TAL-PJANĊA Kodiċi 399CECN01
TIKKETTA TAL-PJANĊA Kodiċi 399FXCN01
Toqgħodx viċin. Apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju li jdur – kuntatt
jista’ jikkaġuna l-mewt. La tilbisx ħwejjeġ maħlula, ornamenti jew xagħar li jistgħu jiġu
mħabbla fl-apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju. Tħaddmux mingħajr ma
jkunu f’posthom il-pjanċi ta’ l-apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju, tat-
trakter u ta’ l-implementazzjoni . Il-partijiet li jkollhom xi ħsara jew li jkunu neqsin
għandhom jinbidlu u nstallati b’mod korrett qabel ma tuża l-apparat għat-trasmissjoni
tal-forza f’makkinarju.Skonnetta l-klaċċ tal-PTO, itfi l-magna tat-trakter, u neħħi l-
ċavetta qabel ma tersaq lejn l-istrument. Żomm in-nies li jkunu viċin il-bogħod mill-
istrument meta jkun qiegħed jitħaddem. Aqra dan il-manwal, u l-manwal ta’ l-operatur
għall-istrument, qabel ma tibda tuża’ l-magna.
IS-SIGURTA’ TIEGĦEK TIDDEPENDI FUQ DIN L-INFORMAZZJONI.
KONDIZZJONIJIET TAS-SIGURTÀ U TAX-XOGĦOL
Meta tuża l-istrument u l-apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju, la
taqbiżx il-limiti tal-veloċità jew tas-saħħa mniżżla fil-manwal ta’ l-operatur.
La tgħabbix iżżejjed l-istrument jew tħaddem il-klacc PTO f’daqqa waħda. Il-ħwejjeġ
li jillimitaw l-momentum ta’ sistema ta’ forzi li jipproduċu d-dawran jew klaccijiet
għandhom ikunu mmuntati fuq it-tarf ta’ l-istrument. Uża l-istrument biss bl-apparat
għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju oriġinali, li hija addattata għall-użu fis-sens
ta’ tul, daqs, strumenti u pjanċi.
L-apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju u l-ħwejjeġ li jillimitaw il-momentum
tas-sistema jew klaċċijiet li huma disinnjati b’mod speċifiku għall-istrument, u għandhom
jintużaw b’mod esklussiv għall-dan il-għan. Iċċekkja fil-manwal ta’ l-istruzzjonijiet ta’
l-istrument jekk l-apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju għandux bżonn il-
ħaġa li tillimita l-momentum ta’ sistema ta’ forzi li jipproduċu d-dawran jew il-klaċċijiet
li jkunu qegħdin iduru b’veloċità akbar minn magna. Apparati għat-trasmissjoni tal-
forza f’makkinarju normali, il-ħwejjeġ li jillimitaw l-momentum ta’ sistema ta’ forzi li
jipproduċu d-dawran normali u l-klaccijiet li jkunu qegħdin iduru b’velocita akbar minn
magna normali huma ppjanati għall-veloċità sa’ mhux aktar minn 1000 min
–1
.
Ara illi l-apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju jista’ jagħmel il-manuvri
mistennija mingħajr ma jinterferixxi mat-trakter jew il-magna. Kuntatt mal-partijiet
tat-trakter, ganċijiet, labar tad-drive jew rabtiet tat-3 punti jagħmlu ħsara lill-pjanċa
apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju. Qatt ma għandek tuża t-trakters,
(jew sistemi għar-rabta mal-istrument) li jinterferu mal-apparat għat-trasmissjoni tal-
forza f’makkinarju waqt il-manuvri. La tużax adapters jew partijiet tal-magna oħra li ma
jkunux mistennija minn min immanifattura l-istrument.
1
2
3
MALTI
4
TRADUZZJONI
TAL-ISTRUZZJONIJIET ORIĠINALI