115 m – Bondioli&Pavesi 399CECN02_G User Manual
Page 115

115
M
Biddel partijiet mikula jew bil-ħsara b’partijiet li jistgħu jinbidlu ma’ oħrajn
ġenwini tal-Bondioli & Pavesi. La tbiddilx jew la tbagħbasx ma’ kwalunkwe parti
ta’ l-apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju. Għal kwalunkwe tħaddim mhux
spjegat f’dan il-manwal ta’ l-istruzzjoni, ikkonsulta in-negozjant ta’ l-implementazzjoni
tiegħek jew il-persuna li jimmanifattura, jew ir-rappreżentant lokali tiegħek tal-Bondioli
& Pavesi.
RA - IL-KLAĊĊ LI JKUN QIEGĦED IDUR B’VELOĊITÀ AKBAR MINN MAGNA.
Dan l-istrument jevita t-trasmissjoni ta’ tagħbijiet inerzjali mill-istrument mat-
trekter matul it-tnaqqis fil-veloċità jew il-waqfien tal-PTO.
Żomm il-bogħod mill-implement sakemm il-partijiet kollha jkunu waqfu jiċċaqalqu.
Illubbrika kull 50 siegħa ta’ użu u wara ħażna.
ĦAĠA LI TILLIMITA L-MOMENTUM TA’ SISTEMA TA’ FORZI LI JIPPRODUĊU D-
DAWRAN TAR- ROTA BIS-SNIEN SA - LN
Dan l-istrument jintterompi t-trasmissjoni ta’ l-enerġija meta l-momentum ta’ sistema
ta’ forzi li jipproduċu d-dawran jaqbeż l-arranġament.
Ħoll immedjatament il-PTO meta tisma ċekċik tar-rota bis-snien.
Illubbrika kull 50 siegħa ta’ użu u wara ħażna.
ĦAĠA LI TILLIMITA L-MOMENTUM TA’ SISTEMA TA’ FORZI LI JIPPRODUĊU D-
DAWRAN TAL-VIT B’RAS U KAMIN GĦAL SKORFINA SABIEX JORBOT XI SAFFI
LI JIRKBU FUQ XULXIN LB
Dan l-istrument jinterompi t-trasmissjoni ta’ l-enerġija billi jaqta’ vit b’ras u kamin
għall-iskorfina meta l-momentum ta’ sistema ta’ forzi li jipproduċu d-dawran jaqbeż
l-arranġament.
Biddel il-vit b’ras u kamin għall-iskorfina mkisser bl-istess dijametru, tul u grad ta’
l-oriġinali.
Illubbrika il-ħwejjeġ li jillimitaw b’tagħmir tal-griż ta’ l-inqas darba kull staġun u wara
perjodu fejn ma kienux qed jintużaw.
ĦAĠA LI TILLIMITA L-MOMENTUM TA’ SISTEMA TA’ FORZI LI JIPPRODUĊU D-
DAWRAN TAL-FRIZZJONI
Meta tinstalla l-istrument jew wara perjodu twil ta’ fejn ma kienux qed jintużaw iċċekkja
l-effiċjenza tal-plakki ta’ frizzjoni :
• ħoll il-molol
• Dawwar il-klaċċ fl-istess ħin li tkun qiegħed timmobilizza l-PTO li fuqha qiegħed installat
• Erġa għamel il-kompressjoni tal-molla lura għall-valur oriġinali.
Wara l-użu ta’ l-istaġun, ħoll l-pressjoni tal-molla u żomm il-klaċċ f’post xott.
Ikkontrolla l-kondizzjoni tal-plakki tal-frizzjoni u reġġa lura l-kompressjoni tal-molla
qabel ma tuża l-klaċċ. Jekk il-klaċċ jisħon iżejjed minħabba żlieq ta’ spiss jew fit-tul,
ikkuntattja n-negozjant ta’ l-apparat jew ir-rappreżentant Bondioli & Pavesi lokali
tiegħek.
ĦAĠA LI TILLIMITA L-MOMENTUM TA’ SISTEMA TA’ FORZI LI JIPPRODUĊU D-
DAWRAN PERMEZZ TA’ FRIZZJONI FV
Il-momentum ta’ sistema ta’ forzi li jipproduċu d-dawran transmess lill-apparat huwa
limitat billi l-plakek tal-klaċċ jitħallew jiżolqu b’mod relattiv ma’ xulxin. Il-quċċati tal-
momentum ta’ sistema ta’ forzi li jipproduċu d-dawran jew tagħbijiet żejda li jdumu ftit
huma limitati meta l-klaċċ jintuża u modifikat kif jixraq. Jista’ jintuża bħala klaċċ tat-
tagħbija żejda, jew sabiex jgħin sabiex jibda’ l-implementi b’tagħbijiet inerzjali għolja.
L-arranġamenti tal-momentum ta’ sistema ta’ forzi li jipproduċi dawran għall-magna
tat-test jistgħu jkunu modifikati billi jkun modifikat it-tul tal-ħidma tal-molla.
ĦAĠA LI TILLIMITA L-MOMENTUM TA’ SISTEMA TA’ FORZI LI JIPPRODUĊU D-
DAWRAN PERMEZZ TA’ FRIZZJONI FFF
Jillimita t-trasmissjoni tal-momentum ta’ sistema ta’ forzi li jipproduċu d-dawran għall-valur
issettjat. La tibdilx il-kumpressjoni tal-molol għax dan jemenda l-issettjar ta’ l-istrument.
26
27
28
25
30
29