Flowserve IOM Control Valves User Manual
Page 151

5
MT
Jekk il–valv ta’ kontroll huwa mwaħħal mal–pajpijiet:
• l–imbuttatura pnewmatika tħaddem is–sistema tal–pajpijiet
permezz ta’ l-istrumenti ta’ l-arja jew aċċessorji oħra.
• l-imbuttatura elettrika tħaddem il–wajering skond id–disinn
tal–mutur u d-dokumenti tal-fabbrikant.
• dan jirrikjedi żieda kontinwa fil-parametri ta’ l-operat.
Jekk il-valv tal-kontroll jiġi mwaqqaf meta jkun hemm pressjoni waqt li l-apparat
ikun imħaddem, it– temperatura tista’ twassal għal qsim!
• Wara li l-apparat jiġi mħaddem għall–ewwel darba – mingħajr
ma jkun hemm pressjoni fuqu, u wara li jkun bired, jekk ikun
hemm bżonn, wieħed għandu jissikka l-boltijiet li jgħaqqdu
l-unitajiet.
Jekk issir ħsara lill–wiċċ tal–magħżel, tiġi affetwata l-funzjoni!
• Volumi u vibrazzjonijiet eċċessivi għandhom jiġu evitati waqt
il-funzjoni ta’ operazzjoni kritika.
Li tħaddem il-valvi tal-kontroll kontinwament taħt kundizzjonijiet kritiċi jistgħu
jwasslu għal ħsarat, peress li dawn mhumiex attrezzati għaliha!
• L-unitajiet ma għandhomx jiġu mixgħula u mitfija
kontinwament.
Jekk is-swiċċijiet jiġu mixgħula u mitfija kontinwament, issir ħsara fuq il-valvijiet
tal-kontroll!
• Wieħed għandu jevita li jkun hemm bċejjeċ ta’ materjal fil-
mezzi / strumenti ta’ l-operat.
Bċejjeċ ta’ materjal jistgħu jagħmlu ħsara lill– valvijiet tal-kontroll, u din tista’ tiġi
evitata billi wieħed jinstalla splash guard!
• L-arja ta’ l-istrument għandha tikkonforma ma’ għallinqas
klassi 2 ta’ ISO 8573-1jew mar-rekwiżiti tal-fabbrikant ta’
l-aċċessorju.
Arja kkompressata kkontaminata tista’ twassal biex tagħmel ħsara jew teqred
l-aċċessorji u l-valv innifsu!
Il-garanzija tal-fabbrikant ma tibqax valida, kemm-il darba jsiru ħsarat fuq il-valvijiet
tal-kontroll u l-aċċessorji u fil-każ li jseħħu xi korrimenti minħabba nuqqas ta’
attenzjoni għal dawn l-avviżi. Dan japplika wkoll fil-każ ta’ ħsarat waqt it-trasport, kif
ukoll fil-każ ta’ użu ta’ slielem (eċċ. mhux adekwati)!