Rakkomandazzoni għall-installazzjoni – Flowserve IOM Control Valves User Manual
Page 149
149
MT
• Il-flanġi huma mwaħħlin bi dritt xulxin u jlaħħqu mal-valv?
Diskrepanzi jistgħu jwasslu għal tensjoni żejda, b’hekk il–valv ma jaħdimx u jista’
jkun hemm nixxiegħa fil-flanġi!
• Il–pajpijiet huma f’linja – u l-valv huwa ħieles minn xi pressjoni
oħra minħabba l-pajpijiet?
Diskrepanza tista’ twassal għal nixxiegħa li twassal biex il–valv ma jaħdimx!
• L–installazzjoni qiegħda f’pożizzjoni perpendikulari mal–virga
tal–valv?
Diskrepanzi jistgħu jwasslu biex l-ippakkjar tal-plakek jittiekel, jkun hemm
nixxiegħa u dan jispiċċa!
Jekk ma tkunx tista’ ssir instalazzjoni orizzontali ma’ l-instalazzjoni eżistenti,
irrikorri għall–fabbrikant!
• Hemm biżżejjed spazju qabel u wara l-valvijiet?
Diskrepanzi jistgħu jwasslu għal kundizzjonijiet kritiċi u jistgħu joħolqu
vibrazzjoni!
• Hemm bilanċ elettriku?
Jekk il-kurrent ta’ l-elettriku ma jkunx ibbilanċjat bejn il–valvijiet u l–mutur, jista’
jkun hemm forza statika u skarigar ta’ l-elettriku!
Valvijiet li huma mfassla għal prodotti li joħolqu kombustjoni
għandhom jiġu nsallati skond il–linji ta’ gwida 94/9/EG (ATEX)
filwaqt li jiġu kkunsidrati l-permessi, l-kategorija ta’ l-apparat u
t-temperaturi!
Rakkomandazzoni għall-installazzjoni
Applikazzonijiet sodisfaċenti tal–kontroll
għandhom x’jaqsmu direttament ma’
l–organizzazzjoni ta’ l–instalazzjoni. Nirrikmandaw li bejn wieħed u ieħor jinżammu l–valuri
indikati, minħabba li l–funzjoni tal–valvijiet tal–kontroll tiddependi b’mod sostanzjali fuq il-
limitazzjonijiet. Devjazzjonijiet iwasslu għal żbilanċ sostanzjali, u f’ċerti każi jkun hemm bżonn
li jinbidlu l-pajpijiet. Iżda f’każijiet partikolari devjazzjoni minn dawn il– valuri jistgħu jkunu
permessi skond il–kundizzonijiet fiżiċi. Madankollu l–fabbrikant għandu jkun infurmat b’dawn
il–kundizzjonijiet qabel din tiġi approvata.
Installazzjoni rakkomandata
għall–valvijiet ta’ kontroll.
Valv ta’ kontroll
Lqugħ (0,1 mm)
Distanza ta’ Impuls
10 x DN jew min. 1m
Mezz