1 stat ta’ kunsinna, 1 trasport, 2 ħażna – Flowserve IOM Control Valves User Manual
Page 147: 2 preparazzjoni għall-instalazzjoni tal-pajpijiet

147
MT
1.1 Stat ta’ kunsinna
Ir-regolaturi huma ġeneralment fornuti, eżaminati u nsallati,
mgħammra b’muturi. Il-partijiet ta’ l-armatura li ma jsaddux u/
jew il-kaxxa ta’ barra tal-gerijiet huma ggriżjati u l-aperturi tal-
qafas huma mgħammra bi plakek. Il-qafas huwa fornut illustrat,
(imnaddaf bl-aċidu jew jonizzat.)
1.1.1 Trasport
Waqt il-ġarr tal-merkanzija u fil-każ ta’ trasport, għandha tingħata
l-akbar attenzjoni biex jiġu evitati daqqiet jew movimenti għall-
għarrieda. Fil–każ li l-valv ikollu magħżel u/jew virga jew fil–każ
ta’ strumenti periferali, mhuwiex permess li jintrabat makkinarju
ta’ rfigħ. F’dan il–każ, għandu jiġi marbut ħabel addattat man-
naħa ta’ fuq tal-valv minn taħt il-lasta, u l-personal għandu
jżomm f’moħħu l-kapaċità massima tal-ġarr. Ħsarat li jsiru fuq
il-protezzjoni kontra l-korrużjoni għandhom jingħataw attenzjoni
minnufih.
1.1.2 Ħażna
Fuq is-sit, il-valvijiet ta’ kontroll għandhom jiġu maħżuna ġewwa
sakemm jiġu nstallati biex jiġu mħarsa mill–elementi, mill–ħmieġ,
u minn kundizzjonijiet oħra li jistgħu ikunu ta’ ħsara. Il-ħażna
temporanja ta’ aktar minn 6 xhur għandha tiġi evitata, minħabba
l-fatt li jekk il-plakek jittaqbu, jista’ jkun hemm nixxiegħa. Il-plakek
li huma mwaħħla biex jipproteġu l-flanġi u l-ġewwieni tal-valvijiet
ta’ kontroll għandhom jiġu mneħħija biss waqt l-installazzjoni.
1.2 Preparazzjoni għall-instalazzjoni tal-pajpijiet.
Pajpijiet ta’ pressjoni – ir-regoli stretti, it-testijiet u s-sistema ta’
l-immaniġġjar tal-kwalità jiggarantixxu li l-funzjoni tal- valvijiet
ta’ kontroll tikkorrispondi għall-funzjoni speċifikata fil-kuntratt
fornut. In-numru tas-serje u l-informazzjoni tal–valvijiet u tal-
mutur jinsabu fuq il-pjanċi ta’ identifikazzjoni. Il-pistun jindika
l-pożizzjoni tal–valvijiet fil–lok tagħhom.
Qabel l-installazzjoni l-pajpijiet għandhom jiġu mnaddfa
sew.