172 m – Bondioli&Pavesi 399CEE010_E User Manual
Page 172

172
M
ĦAĠA LI TILLIMITA L-MOMENTUM TA’ SISTEMA TA’ FORZI LI JIPPRODUĊU
D-DAWRAN AWTOMATIKA LR
Dan l-istrument jintterompi t-trasmissjoni ta’ l-enerġija meta l-momentum ta’ sistema
ta’ forzi li jipproduċu d-dawran jaqbeż l-arranġament.
Sabiex terġa tqabbad l-istrument awtomatikament, naqqas il-veloċità ta’ jew waqqaf
il-PTO.
Dan l-istrument huwa siġġilat – ma hemmx bżonn ta’ lubrikazzjoni aktar.
KLAĊĊ TAL-PARTI IMWAĦĦLA MA’ VETTURA BIL-MUTUR LI JASSORBIXXI L-
VIBRAZZJONIJIET - GE
Jassorbi shock loads u vibrazzjonijiet, u jillixxa t-trasmissjoni ta’ tagħbija li tinbidel jew
li tħabbat kif jagħmel il-polz.
Ma hemmx bżonn ta‘ manutenzjoni.
ĦAĠA LI TILLIMITA L-MOMENTUM TA’ SISTEMA TA’ FORZI LI JIPPRODUĊU D-
DAWRAN TAL-FRIZZJONI
Meta tinstalla l-istrument jew wara perjodu twil ta’ fejn ma kienux qed jintużaw iċċekkja
l-effiċjenza tal-plakki ta’ frizzjoni:
• ħoll il-molol • Dawwar il-klaċċ fl-istess ħin li tkun qiegħed timmobilizza l-PTO li fuqha
qiegħed installat • Erġa għamel il-kompressjoni tal-molla lura għall-valur oriġinali. Wara
l-użu ta’ l-istaġun, ħoll l-pressjoni tal-molla u żomm il-klaċċ f’post xott. Ikkontrolla
l-kondizzjoni tal-plakki tal-frizzjoni u reġġa lura l-kompressjoni tal-molla qabel ma
tuża l-klaċċ. Jekk il-klaċċ jisħon iżejjed minħabba żlieq ta’ spiss jew fit-tul, ikkuntattja
n-negozjant ta’ l-apparat jew ir-rappreżentant Bondioli & Pavesi lokali tiegħek.
ĦAĠA LI TILLIMITA L-MOMENTUM TA’ SISTEMA TA’ FORZI LI JIPPRODUĊU D-
DAWRAN PERMEZZ TA’ FRIZZJONI FV
Il-momentum ta’ sistema ta’ forzi li jipproduċu d-dawran transmess lill-apparat huwa
limitat billi l-plakek tal-klaċċ jitħallew jiżolqu b’mod relattiv ma’ xulxin.
Il-quċċati tal-momentum ta’ sistema ta’ forzi li jipproduċu d-dawran jew tagħbijiet
żejda li jdumu ftit huma limitati meta l-klaċċ jintuża u modifikat kif jixraq.
Jista’ jintuża bħala klaċċ tat-tagħbija żejda, jew sabiex jgħin sabiex jibda’ l-implementi
b’tagħbijiet inerzjali għolja.
L-arranġamenti tal-momentum ta’ sistema ta’ forzi li jipproduċi dawran għall-magna
tat-test jistgħu jkunu modifikati billi jkun modifikat it-tul tal-ħidma tal-molla.
It-truf ta’ l-inforra u tal-pjanċi huma sposti fil-klaċċ FV.
L-issettjar tal-momentum ta’ sistema ta’ forzi li jipproduċu d-dawran huwa
aġġustat billi żżid jew tnaqqas
l-għoli “h” tal-molol. Sabiex iżżid / tnaqqas l-arranġament tal-momentum ta’ sistema
ta’ forzi li jipproduċu d-dawran, issikka / ħoll kull waħda mit-tmien skorfini bi 1/4 ta’
dawra u kkontrolla għat-tħaddim korrett. Irrepeti l-proċedura jekk ikun hemm bżonn.
Evita issikkar żejjed tal-viti – tista’ ssir ħsara lill-istrument, it-trekter jew l-apparat
għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju.
ĦAĠA LI TILLIMITA L-MOMENTUM TA’ SISTEMA TA’ FORZI LI JIPPRODUĊU D-
DAWRAN PERMEZZ TA’ FRIZZJONI FT
Il-momentum ta’ sistema ta’ forzi li jipproduċu d-dawran transmess lill-implement
huwa limitat billi l-plakek tal-klaċċ jitħallew jiżolqu b’mod relattiv ma’ xulxin.
Il-quċċati tal-momentum ta’ sistema ta’ forzi li jipproduċu d-dawran jew tagħbijiet
żejda li jdumu ftit huma limitati meta l-klaċċ jintuża u modifikat kif jixraq.
Jista’ jintuża bħala klaċċ tat-tagħbija żejda, jew sabiex jgħin sabiex jibda’ l-implementi
b’tagħbijiet inerzjali għolja.
L-FT għandu faxxa tal-metall madwar iċ-ċirkomferenza tiegħu.
Il-viti għandhom ikunu ssikkati sakemm il-faxxa tal-metall madwar iċ-ċirkomferenza
tal-klaċċ bilkemm tmiss il-molla. Evita issikkar żejjed tal-viti – tista’ ssir ħsara lill-
istrument, it-trekter jew l-apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju.
Klaċċijiet li jkollhom Sistema ta’ Rilaxx tal-Molol jippermetti l-iċċekkjar malajr u
b’mod faċli u l-manutenzjoni tal-klaċċ mingħajr il-bżonn ta’ żarmar u jagħmilha
possibbli li timinimizza l-pressjoni tal-molla fuq il-pjanċi waqt perjodi li ma jkunux
qiegħdin jintużaw.
Il-klaċċijiet tal-frizzjoni mgħammra mas-Sistema tar-Rilaxx tal-Molla jingħataw
b’karta ta’ l-istruzzjoni żejda. Aqra dan it-tagħrif għall-użu tajjeb tas-Sistema
tar-Rilaxx tal-Molla.
43
44
45
46
47
42