169 m – Bondioli&Pavesi 399CEE010_E User Manual
Page 169

169
M
ĠOĠI CARDAN
Meta tkun qiegħed tħaddem, ara li l-angoli tal-ġogi huma zgħar u ndaqs: a1 = a2.
Waqt id-dawriet u manuvri oħra ta’ tul qasir, l-angolu massimu tal-ġog huwa ta’ 45°.
Ħoll il-PTO jekk l-angoli jsiru kbar wisq, jew ma jibqgħux indaqs.
IL-LINJI LI JGĦAQQDU KOSTANTI TAL-VELOĊITA
Għall-operazzjonijiet normali, huwa aħjar illi żżomm il-linji li jgħaqqdu tac-
CV fl-istess linja, jew b’angoli żgħar tal-linji li jgħaqqdu. F’tidwir jew manuvri ta’
tul qasir oħra, l-angolu li jgħaqqad massimu huwa 50°, 70° (Angolu li jgħaqqad ta’
Veloċità Konstanti 652) skond id-disinn tal-linja li tgħaqqad CV. Meta l-apparat għat-
trasmissjoni tal-forza f’makkinarju jinkludi linja li tgħaqqad CV fuq in-naħa tat-trekter
u l-linja li tgħaqqad f’forma ta’ U waħda fuq in-naħa ta’ l-istrument, l-angoli massimi
rrakmandati tal-linja li tgħaqqad f’forma ta’ U huma ta’ 16° b’540 rpm u 9° b’1000 rpm,
sabiex ikun evitat ġiri rregolari ta’ l-apparat.
Meta jintuża bil-lejl jew f’viżibilità ħażina, dawwal l-post ta’ operazzjoni ta’ l-
apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju.
Il-klaċċijiet tal-frizzjoni jistgħu jisħnu matul l-użu. La tmissx! Żomm iż-żona
madwar il-klaċċ tal-frizzjoni mingħajr materjal li jista’ joħloq n-nar, u evita li
terħi l-klaċċ fit-tul.
INSTALLAZZJONI
Dejjem ilbes apparat ta’ sigurtà adattat meta tkun qiegħed tagħmel kwalunkwe
xogħol ta’ manutenzjoni jew ta’ tiswija.
Is-simbolu tat-trekter stampat fuq il-pjanċa li tipproteġi lill-magna juri t-tarf tat-
trekter ta’ l-apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju. Kwalunkwe ħwejjeġ
li jillimitaw l-momentum ta’ sistema ta’ forzi li jipproduċu d-dawran jew klaccijiet li
jkunu jduru b’veloċità akbar minn magna normali għandhom dejjem jiġu nstallati fuq
it-tarf ta’ l-istrument.
Qabel ma tibda x-xogħol, kun żgur illi l-apparat għat-trasmissjoni tal-forza
f’makkinarju ikun imqabbad sewwa mat-trekter u l-istrument.
Ara li l-viti tat-tagħmir huma ssikkati.
Qabbad l-apparat ta’ trażżin ta’ l-apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju
(katini). L-aħjar riżultati jintlaħqu meta katini huma mqabbda kważi perpendikulari
ma’ l-apparat ta’ trażżin ta’ l-apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju. Irranġa
t-tul tal-katini ikun hemm biżżejjed laxk sabiex dawn jippermettu moviment sħiħ ta’
l-apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju waqt dawriet, operazzjoni. Evita li
jkunu maħlulin iżżejjed, li jikkawża li l-katini jduru madwar l-apparat għat-trasmissjoni
tal-forza f’makkinarju.
Jekk it-tul tal-katina ma jkunx modifikat tajjeb u l-pressjoni tkun eċċessiva, per
eżempju matul il-manuvri ta’ l-implementazzjoni, il-ganċ “S” jinqala mill-ħolqa li
ssakkar u l-katina tinqala mill-pjanċa li tipproteġi lill-magna.
F’dan il-każ,għandha tinbidel il-katina.
Il-ganċ „S“ tal-katina l-ġdida għandu jiddaħħal fit-toqba żgħira tal-kon tal-bażi u
għandu jingħalaq sabiex ikun evitat li jinħall, u jżomm il-forma tonda tiegħu.
Jekk it-tul tal-katina ma’ l-istrument għas-separazzjoni mill-kon tal-bażi ma
jkunx modifikat tajjeb u l-tensjoni tal-katina tkun eċċessiva, per eżempju matul
il-manuvri ta’ l-implementazzjoni, il-ganġ tal-molla tinqala mil-ħolqa li ssakkar u l-
katina tinqala mill-pjanċa li tipproteġi lill-magna.
F’dan il-każ, il-katina terġa titqabbad faċilment kif hemm spjegat fil-proċedura li
ġejja.
Iftaħ il-ħolqa ta’ żamma, ħoll il-vit u ċaqlaq il-plakka.
Daħħal il-katina fil-ħolqa li ssakkar u erġa poġġi l-plakka.
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
12