Bondioli&Pavesi 399CEBR15_A User Manual
Page 175
![background image](/manuals/408682/175/background.png)
175
M
65
64
Aqla’ l-molla tas-sapport, u ħalliha mdaħħla f’waħda miż-żewġ toqob taċ-ċirku, biex
ma titlifhiex.
Wessa’ ċ-ċirku tas-sapport minn posthom.
L-IMMUNTAR TAL-PROTEZZJONI GĦAL CONSTANT VELOCITY JOINTS
Agħti l-griż lill-bażi u installa l-bearing rings tas-sapport tal-protezzjoni.
Poġġi ċ-ċirku fuq il-yoke interna bil-pinn ta’ referenza jħares lejn it-tubu tad-driveline.
Poġġi ċ-ċirku tas-sapport fuq il-constant velocity joint bil-pjanċi jħarsu
lejn il-yoke interna. Iċ-ċirku hu mgħammar bi greaser, li jintuża biss għal constant
velocity joints ta’ 50°. Tużax il-greaser taċ-ċirku l-kbir għall-protezzjoni ta’ joints ta’ 80°.
Waħħal il-molla tas-sapport maż-żewġ partijiet taċ-ċirku tas-sapport.
Daħħal il-faxxa tal-protezzjoni billi tallinja t-toqob radjali mal-pjanċi taċ-ċirku tas-
sapport, u t-toqba fil-qiegħ mal-pinn ta’ referenza taċ-ċirku ż-żgħir. Il-greaser taċ-
ċirku jrid ikun allinjat mat-toqob fuq il-faxxa tal-protezzjoni.
Iċċekkja li t-toqob radjali tal-faxxa tal-protezzjoni jkunu allinjati mat-toqob fuq il-
pjanċi taċ-ċirku tas-sapport, u li l-pinn ta’ referenza jkun imdaħħal. Issikka s-6 viti
tal-flange tal-faxxa tal-protezzjoni. L-użu tat-tornaviti mhuwiex rakkomandat.
Installa l-lembut tal-bażi bit-tubu billi ddaħħal il-pinn ta’ referenza taċ-ċirku fit-toqba
li hemm fil-lembut tal-bażi. Il-greaser taċ-ċirku ikun fit-toqba tal-lembut tal-bażi.
Issikka s-3 viti tat-twaħħil tal-faxxa tal-pjanċa tal-protezzjoni. L-użu tat-tornaviti
mhux rakkmandat.
KIF TQASSAR LIL-VIRGA TWILA U DEJQA F’MAGNA LI DDUR IL-ĦIN KOLLU BIEX
TITRASFERIXXI L-POTENZA F’MAGNA
Bondioli & Pavesi jirrakmandaw li ma tibdilx il-prodotti tagħhom u, f’kwalunkwe każ,
jirrakmandaw illi inti tikkonsulta lin-negozjant tal-istrument tiegħek jew ċentru kkwalifikat
għas-servizz qabel ma tkompli iżjed. Jekk l-apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju
ikun twil wisq, mexxi kif hawn spjegat hawn taħt.
Neħħi lill-pjanċi li jipproteġu lill-magna.
Qassar it-tubi tat-trasmissjoni għad-daqs li hemm bżonn.
Tubi li jespandu b’mod teleskopiku għandhom dejjem jisporgu għallinqas nofs it-tul
tagħħhom f’ħidma normali u għallinqas terz tat-tul tagħhom fil-kondizzjonijiet kollha ta’
ħidma. Matul il-manuvri, meta l-apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju ma jkunx
qiegħed idur, it-tubi teleskopiċi għandhom ikunu fuq xulxin b’ammont suffiċjenti sabiex
iżommu t-tubi f’posthom u jippermettulhom li jiżżerżqu b’mod liberu.
Neħħi b’attenzjoni t-trapan ċkejken mit-tarf tat-tubi li jmexxi b’lima u naddaf il-
fdalijiet li joħorġu mill-proċess ta’ l-illimar mit-tubi.
Qassar it-tubi tal-pjanċi li jipproteġu lill-magna wieħed wieħed billi taqta’ l-istess tul li
nqata’ mit-tubi tat-trassmissjoni.
Agħti l-griż lit-tubi tat-trasmissjoni ta’ ġewwa u arma mill-ġdid il-pjanċa ta’ protezzjoni
fuq ix-xaft biex idawwar il-mekkaniżmu kollu.
Iċċekkja t-tul ta’ xaft biex idawwar il-mekkaniżmu kollu fil-posizzjonijiet minimi u
massimi fuq l-istrument.
77
78
76
75
67
66
68
69
70
71
72
73
74