3 eżaminazzjoni ta’ qabel l-installazzjoni – Flowserve Selfacting pressure regulator User Manual
Page 148
148
1.3 Eżaminazzjoni ta’ qabel l-installazzjoni:
• L-operatur huwa meħtieġ jikkontrolla b’attenzjoni
l-adegwatezza tal-valv ta’ kontroll għall-użu maħsub tiegħu
fis-sistema minn qabel.
Kull użu li m’huwiex konformi mar-regolamenti/speċifikazzjonijiet jista’ jwassal
għal ħsara serja fil-valv ta’ kontroll jew jista’ jirriżulta fi ħsara fil-faċilità!
• L-informazzjoni li tidher fuq il-pjanċa ta’ l-armatura taqbel ma’
l-informazzjoni ta’ l-operazzjoni fl-impjant?
Diskrepanzi jistgħu jwasslu għal ħsara fil-valvijiet!
• Hemm spazju biżżejjed biex wieħed ikun jista’ jneħħi jew
jibdel xi partijiet?
Diskrepanzi jistgħu jwasslu għal problemi sostanzjali li f’ċerti każijiet jeħtieġu
tibdil fil-pajpijiet!
• Il-pajpijiet ġew maħsula u mnaddfa qabel l-installazzjoni?
Bċejjeċ ta’ materal jistgħu jagħmlu ħsara fil-valv tal–kontroll u l-aċċessorji, din
il-ħsara tista’ tiġi evitata bl-instalazzjoni ta’ lqugħ!
• Il-valv ġie kkontrollat u mnaddaf qabel l-installazzjoni?
L-użu ta’ preservattivi bħal (Mipa Abziehaut blue) u (Castrol, safecaut DW32)
jista’ jikkontamina il-lok ta’ l-operazzjoni u b’hekk dawn iridu jitneħħew qabel l-
instalazzjoni!
Deterġenti li mhumiex addattati li jattakkaw il-PTFE u l-grafit jistgħu jħassru s-
siġilli u b’hekk ikun hemm nixxiegħa. Għalhekk irreferi għal-listi ta’ stabbilità.
Neħħi t-tappijiet ta’ sigurtà!
• L-indikatur li qiegħed imwaħħal mal-qafas, jaqbel mad-
direzzjoni tal-ġera?
Diskrepanzi jwasslu biex il-valv ma jaħdimx!
• Il-flanġi huma mwaħħlin bi dritt xulxin u jlaħħqu mal-valv?
Diskrepanzi jistgħu jwasslu għal tensjoni żejda, b’hekk il–valv ma jaħdimx u jista’
jkun hemm nixxiegħa fil-flanġi!
• Il–pajpijiet huma f’linja – u l-valv huwa ħieles minn xi pressjoni
oħra minħabba l-pajpijiet?
Diskrepanza tista’ twassal għal nixxiegħa li twassal biex il–valv ma jaħdimx!
• L–installazzjoni qiegħda f’pożizzjoni perpendikulari mal– virga
tal–valv?
Diskrepanzi jistgħu jwasslu biex l-ippakkjar tal-plakek jittiekel, jkun hemm
nixxiegħa u dan jispiċċa!
Jekk ma tkunx tista’ ssir installazzjoni orizzontali ma’ l-instalazzjoni eżistenti,
irrikorri għall–fabbrikant !
MT