beautypg.com

1 stat ta’ kunsinna, 1 trasport, 2 ħażna – Flowserve Selfacting pressure regulator User Manual

Page 147: 2 preparazzjoni għall-instalazzjoni tal-pajpijiet, Pjanċi ta’ identifakazzjoni

background image

147

1.1 Stat ta’ kunsinna

Meta r-regolaturi jiġu fornuti, eżaminati u nsallati, dawn ikunu

ġeneralment mgħammra b’muturi. Il-partijiet ta’ l-armatura li

ma jsaddux u/jew il-kaxxa ta’ barra tal-gerijiet huma ggriżjati u

l-aperturi tal-qafas huma mgħammra bi plakek. Il-qafas huwa

fornut illustrat, (imnaddaf bl-aċidu jew jonizzat.)

1.1.1 Trasport

Waqt il-ġarr tal-merkanzija u fil-każ ta’ trasport, għandha tingħata

l-akbar attenzjoni biex jiġu evitati daqqiet jew movimenti għall-

għarrieda. Fil– każ li l-valv ikollu magħżel u/jew virga jew fil–każ

ta’ strumenti periferali, m’huwiex permess li jintrabat makkinarju

ta’ rfigħ. F’dan il–każ, għandu jiġi marbut ħabel addattat man-

naħa ta’ fuq tal-valv minn taħt il-lasta, u l-personal għandu

jżomm f’moħħu l-kapaċità massima tal-ġarr. Ħsarat li jsiru fuq

il-protezzjoni kontra l-korrużjoni għandhom jingħataw attenzjoni

minnufih.

1.1.2 Ħażna

Fuq is-sit, il-valvijiet ta’ kontroll għandhom jiġu maħżuna ġewwa

sakemm jiġu nstallati biex jiġu mħarsa mill–elementi, mill–ħmieġ,

u minn kundizzjonijiet oħra li jistgħu ikunu ta’ ħsara. Il-ħażna

temporanja ta’ aktar minn 6 xhur għandha tiġi evitata, minħabba

l-fatt li jekk il-plakek jittaqbu, jista’ jkun hemm nixxiegħa. Il-plakek

li huma mwaħħla biex jipproteġu l-flanġi u l-ġewwieni tal-valvijiet

ta’ kontroll għandhom jiġu mneħħija biss waqt l-installazzjoni.

1.2 Preparazzjoni għall-instalazzjoni tal-pajpijiet.

Pajpijiet ta’ pressjoni – ir-regoli stretti, it-testijiet u s-sistema ta’

l-immaniġġjar tal-kwalità jiggarantixxu li l-funzjoni tal-valvijiet

ta’ kontroll tikkorrispondi għall-funzjoni speċifikata fil-kuntratt

fornut. In-numru tas-serje u l-informazzjoni tal–valvijiet u tal-

mutur jinsabu fuq il-pjanċi ta’ identifikazzjoni.

Qabel l-installazzjoni, il-pajpijiet għandhom jiġu

mnaddfa sew.

Pjanċi ta’ identifakazzjoni

Minħabba li l-pjanċi ta’ identifikazzjoni huma mibdulin

għall-ħtiġijiet tas-serji differenti, jistgħu jkunu viżwalment

differenti. L-informazzjoni li ġejja turi d-direzzjoni tal-

kontenut.

Tip / Type

Numru tas-serje / Serial No.

DN / PN

Materjal tal-qafas / Mat. Body

Kvs / Cv

p

Pressjoni tad-dħul / Inlet Pressure

Temperatura massima waqt it-tħaddim / Working Temperature

p

Pressjoni tal-ħruġ / Outlet Pressure

MT